Language of document : ECLI:EU:F:2012:62

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

15 ta’ Mejju 2012

Kawża F‑27/08 RENV

Manuel Simões Dos Santos

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim bejn il-partijiet fuq l-inizjattiva tat-Tribunal — Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu, M. Simões Dos Santos talab, minn naħa, l-annullament, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni PERS‑01‑07, tas-6 ta’ Ġunju 2007, tal-President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li tagħtih punti ta’ promozzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2003, kif ukoll tal-ittra tal-15 ta’ Ġunju 2007 tal-Awtorità tal-Ħatra, u min-naħa l-oħra, li l-UASI jiġi kkundannat jħallsu d-danni. Ir-rikors ġie rreġistrat bir-referenza F‑27/08.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑27/08 RENV hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal wara l-ftehim li ntlaħaq bejn M. Manuel Simões Dos Santos u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). Ir-rikorrent u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż kif ftiehmu bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69)