Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 taʼ Marzu 2013 – Scheefer vs Il-Parlament

(Kawża F-41/12) 1

“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Rexissjoni ta’ kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat – Raġuni leġittimaˮ

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Séverine Scheefer (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), (rappreżentanti: R. Adam u P. Ketter, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u M. Ecker, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirrexxindi l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat tar-rikorrenti u talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.S. Scheefer għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.