Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni DGE ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet għal trasferiment tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

–    jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilmenti tar-rikorrenti tal-14 ta’ Diċembru 2011 intiżi għall-applikazzjoni ta’ DGE u ta’ rati ta’ kalkolu fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom;

–    sa fejn ikun hemm bżonn, jannulla l-proposta tal-1 ta’ Awwissu 2011 tal-PMO, li japplika l-valuri ta’ kalkolu ġejjin mid-DGE ġodda;

–    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.