Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-deċiżjonijiet li ser jiġu adottati kull sena, mill-2015, u talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali reali lejn il-post ta’ oriġini tagħhom, ikkalkolati abbażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, kif applikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrenti fil-qasam tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE kif fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, peress li din id-deċiżjoni ġiet żvelata għall-ewwel darba fir-rendikont tar-remunerazzjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014, u nnotifikata fit-12 ta’ Ġunju 2014.tannulla kull deċiżjoni oħra li ser tiġi adottata kull sena, mill-2015, skont l-istess dispożizzjoni;sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2014, ta’ ċaħda tal-ilment tagħhom;tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti lejn il-post ta’ oriġini tagħhom li jkopru l-ispejjeż reali tagħhom u abbażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar’ il fuq, kif applikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda tal-2014, u l-imsemmija somma għandha tiżdied b’interessi morat

orji mit-12 ta’ Ġunju 2014, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijet prinċi

pali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud bi tliet punti perċentwali, sal-

jum tal-ħlas tas-somma hekk dovuta;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.