Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Terre wallonne ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-321/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terre wallonne ASBL

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

Digriet li permezz tiegħu korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi l-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa 1 , jikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent 2 , u speċifikament fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) jew fis-sens tal-Artikolu 3(4) tal-imsemmija direttiva?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, tali digriet għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42 filwaqt li tali evalwazzjoni ma hijiex meħtieġa skont id-Direttiva 92/43/KEE li abbażi tagħha ġie adottat id-digriet?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

2     Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).