Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2009 - Gowitzke vs Europol
(Kawża F-74/09)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Werner Siegfried Gowitzke (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-5 ta' Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Europol li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
____________