Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ Lulju 2020 – Bank Sepah vs Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

(Kawża C-340/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bank Sepah

Konvenuti: Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

Il-parti l-oħra: Procureur général près la Cour de cassation

Domandi preliminari

L-Artikolu (1)(h) u (j) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 423/20071 , l-Artikolu 1(i) u (h) u l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 961/20102 kif ukoll l-Artikolu (1)(k) u (j) u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 267/20123 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprekludu li tiġi implimentata fir-rigward ta’ assi ffriżati, miżura li ma għandhiex effett ta’ ħruġ ta’ assi mill-patrimonju, bħal garanzija ġudizzjarja jew sekwestru kawtelatorju, li huma previsti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Franċiż ta’ Eżekuzzjoni?

Il-fatt li l-bażi tad-dejn li għandu jiġi rkuprat mingħand il-persuna jew l-entità li l-assi tagħha huma ffriżati ma huwiex relatat mal-programm nukleari u ballistiku Iranjan u huwa preċedenti għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1737 (2006) tat-23 ta’ Diċembru 2006 huwa rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2008, L 335M, p. 969, rettifika fil-ĠU 2009, L 64M, p. 423).

2     Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1).

3     Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU  2012, L 88, p. 1, rettifika fil-ĠU 2012, L 332, p. 31, fil-ĠU 2014, L 93, p. 85 u fil-ĠU 2019, L 297, p. 8).