Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2010 - AC vs Il-Kunsill

(Kawża F-9/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AC (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD13 taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2009, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut li jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD13 taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2009, hekk kif tirriżulta mill-Avviż lill-Persunal Nru 94/09 tas-27 ta' April 2009;

tannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 5000 bħala kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________