Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – BQ vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-39/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Rapport ta’ evalwazzjoni – Fastidju prikoloġiku – Danni – Ammissibbiltà – Termini)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BQ (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rikonoxximent ta’ aġir illegali li allegatament ikkawżalu dannu materjali u morali.Dispożittiv tas-sentenzaIl-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tħallas EUR 2 000 lil BQ.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.