Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Biwer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/10) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura irċevuta minn xi mkien ieħor – Rikors manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jacques Biwer et (Bascharage, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba intiza għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti.

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ J. Biwer u tal-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huwa miċħud bħala manifestamentet infondat fid-dritt.

J. Biwer u l-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 30, 29.01.2011, p. 66.