Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 – Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL

(Kawża C-299/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti/Appellanti: Techbau SpA

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale AL

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/35/KE 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv tad-9 ta’ Ottubru 2002 Nru 231, li jeskludi mill-kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali” – miftiehem bħala kuntratt “li jwassal, esklużivament jew prinċipalment, għall-provvista ta’ merkanziji jew servizzi bi ħlas” – u b’hekk mill-kamp ta’ applikazzjoni proprju tiegħu, il-kuntratt ta’ appalt li għandu bħala s-suġġett tiegħu, it-twettiq ta’ xogħol (“contratto di appalto di opera”), kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, u b’mod speċjali il-kuntratt pubbliku għal xogħolijiet fis-sens tad-Direttiva 93/37/KEE 2 ?

____________

1  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 ,Vol. 1, p. 226

2  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163