Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Frar 2020 – Siebenburgisches Nugat SRL, Hans Draser Internationales Marketing vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală a Vămilor - Direcţia Regională Vamală Braşov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

(Kawża C-99/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Siebenburgisches Nugat SRL, Hans Draser Internationales Marketing

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală a Vămilor - Direcţia Regională Vamală Braşov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda indikata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-merkanzija ġenerikament imsejħa “komponenti ta’ virga għal purtieri u drappijiet, jew tubi lesti (miżbugħa, miksijin jew mgħottijin bil-kromju jew bin-nikil)”, inkwistjoni fil-kawża preżenti, taqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 8302 41 90 jew taħt is-subintestatura 7306 30 77 ta’ din in-nomenklatura?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 38).