Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2019 – eurocylinder systems AG vs Hauptzollamt Hamburg
(Kawża C-324/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: eurocylinder systems AG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 1 huwa validu?
____________
1 ĠU 2009, L 262, p. 19.