Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2008 - Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-24 ta' Mejju 2007 ta' l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg li tkeċċi lir-rikorrent minn aġent kuntrattwali minħabba kondotta allegatament mhux tajba biżżejjed fis-servizz u l-kumpens għad-dannu materjali u morali.

Motivi u argumenti prinċipali

-    tannulla d-deċiżjoni ta' l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg adottata fl-24 ta' Mejju 2007 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent minn aġent kuntrattwali;

-    safejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2007 dwar iċ-ċaħda ta' l-ilment imressaq mir-rikorrent skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fil-31 ta' Awwissu 2007;

-     tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent ir-remunerazzjoni li kien ikompli jirċievi li kieku l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg ma kinitx itterminat l-kuntratt tiegħu b'mod prematur u illegali, kif ukoll il-kumpens kollu li huwa intitolat għalih;

-    tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent kumpens ta' EUR 500 000 għad-dannu morali, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri;

-    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________