Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2009 - Maxwell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta' leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta' "EU Senior Advisor" fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana (il-"KEDO"), dannu kkawżat minn nuqqas ta' rimbors ta' spejjeż ta' akkomodazzjoni u taħriġ.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta' Settembru 2008 li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent EUR 132 900 bħala rimbors ta' spejjeż ta' akkomodazzjoni u taħriġ li huwa sostna fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu bħala EU Senior Advisor mal-KEDO;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________