Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2020 – KX vs PY GmbH

(Kawża C-317/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KX

Konvenuta: PY GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li minbarra li jirregola l-ġurisdizzjoni internazzjonali, dan l-artikolu jinkludi wkoll regola li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali fil-qasam ta’ kuntratti tal-ivjaġġar, regola li torbot lill-qorti adita meta l-konsumatur bħala vjaġġatur kif ukoll il-parti kontraenti tiegħu, l-operatur tal-vjaġġi, ikunu t-tnejn iddomiċiljati fl-istess Stat Membru filwaqt li d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tinsabx f’dan l-Istat Membru iżda barra mill-pajjiż (hekk imsejħa “sitwazzjonijiet domestiċi foloz”), bil-konsegwenza li, minbarra dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni, il-konsumatur jista’ jinvoka quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu drittijiet kuntrattwali fil-konfront tal-operatur tal-vjaġġi?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.