Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Ġunju 2010 - Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/09) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2007 - Rikors għal annullament - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Rappreżentanti tal-persunal - Opinjoni tal-grupp ad hoc "

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lebedef-Caponi (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrenti għall-2007.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009, p. 51.