Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/12)1
(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/231/12 – Aċċess għal dokumenti – Rifjut tat-talba konfermattiva ta’ aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet magħmula fit-testijiet ta’ aċċess)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-rifjut tal-applikazzjoni konfermattiva ta’ aċċess, imressqa mir-rikorrent quddiem il-Kummissjoni, għal xi mistoqsijiet magħmula lil din tal-aħħar fil-kuntest tal-proċedura ta’ preselezzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230 231/12.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.C. Alexandrou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.