Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Novembru 2018 – Minister for Justice and Equality vs ND

(Kawża C-685/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: ND

Domandi preliminari

Il-kriterji li abbażi tagħhom għandu jiġi deċiż jekk prosekutur pubbliku nnominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) 1 huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu ta’ din il-frażi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-2002 fuq [il-]mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri huma (1) l-indipendenza tal-prosekutur pubbliku mill-eżekuttiv u (2) il-fatt li fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess huwa meqjus li jamministra l-ġustizzja jew li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja?

Jekk le, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk prosekutur pubbliku li huwa nnominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru huwiex awtorità ġudizzjarja għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)?

Sa fejn il-kriterji jinkludu r-rekwiżit li l-prosekutur pubbliku jamministra l-ġustizzja jew jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja dan ir-rekwiżit għandu jiġi ddeterminat skont l-istatus li huwa jokkupa fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess jew skont ċerti kriterji oġġettivi? Fl-aħħar każ, liema huma l-kriterji oġġettivi rilevanti?

Il-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu ta’ din il-frażi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-2002 fuq [il-]mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri?

____________

1 2002/584/JHA: Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34 u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).