Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-23 ta’ Awwissu 2019 – Sappi Austria Produktions-GmbH & Co KG u Wasserverband “Region Gratkorn-Gratwein”

(Kawża C-629/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sappi Austria Produktions-GmbH & Co KG, Wasserverband “Region Gratkorn-Gratwein”

Konvenut: Landeshauptmann von Steiermark

Domandi preliminari

Il-ħama tad-dranaġġ għandu jitqies bħala skart, fid-dawl tal-eċċezzjoni tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi 1 , moqrija flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi u/jew id-Direttiva dwar il-ħama tad-dranaġġ fil-verżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 2 ?

Fil-każ li għall-ewwel domanda ma tkunx diġà ngħatat risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi jippermetti li sustanza tiġi kklassifikata bħala prodott sekondarju fis-sens tal-kunċett ta’ skart fid-dritt tal-Unjoni jekk, għal raġunijiet tekniċi, jiżdiedu ma’ din is-sustanza f’proporzjon limitat sustanzi oħra li, fin-nuqqas, ikollhom jitqiesu li huma skart, meta dan ma jkollux effett fuq il-kompożizzjoni tas-sustanza fit-totalità tagħha u jkun ta’ vantaġġ sinjifikattiv għall-ambjent?

____________

1     ĠU 2008, L 312, p. 3.

2     ĠU 2008, L 311, p. 1.