Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 – Maruccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-69/10) 1
(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Illegalità – Trażmissjoni ta’ ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża lill-avukat li rrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Maruccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb kumpens minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra, li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li kien għadu ma jirrappreżentahx f’din il-kawża.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.
____________1 ĠU C 288, 23.10.2010, p. 75.