Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta' Frar 2010 - Menghi vs ENISA
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta' prova - Fastidju psikoloġiku)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Riccardo Achille Menghi (Cagliari, l-Italja), (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: minn E. Maurage, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix ikkonfermat il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta' prova, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 55, 07.03.2009, p. 53.