Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Nivelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Frar 2020 – UF vs Union Nationale des Mutualités Libres (Partenamut) (UNMLibres)

(Kawża C-105/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Nivelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UF

Konvenuta: Union Nationale des Mutualités Libres (Partenamut) (UNMLibres)

Domandi preliminari

Id-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 1971 li jistabbilixxi assigurazzjoni kumpensatorja u assigurazzjoni għall-maternità favur ħaddiema li jaħdmu għal rashom u konjuġi li jipprovdulhom assistenza jikser l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu 1 , id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol 2 , id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-principju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta’ nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal 3 u l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, implimentat mid-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time 4 billi ma jipprevedix benefiċċju adegwat fil-kuntest tal-leave tal-maternità għall-ħaddiema li taħdem għal rasha part-time fuq bażi komplementari iżda li tħallas il-kontribuzzjonijiet bħala ħaddiema fuq bażi prinċipali, filwaqt li ħaddiema li taħdem għal rasha part-time fuq bażi prinċipali tirċievi t-totalità tal-ammont tal-allowance tal-maternità?

Id-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 1971 li jistabbilixxi assigurazzjoni kumpensatorja u assigurazzjoni għall-maternità favur ħaddiema li jaħdmu għal rashom u konjuġi li jipprovdulhom assistenza jikser l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-Direttiva 92/85/KEE, id-Direttiva 2006/54, id-Direttiva 86/613/KEE u l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, implimentat mid-Direttiva 97/81 billi ma jipprevedix benefiċċju adegwat fil-kuntest tal-leave tal-maternità għall-ħaddiema li tgħaqqad, full-time, attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha, filwaqt li ħaddiema li taħdem għal rasha part-time tirċievi t-totalità tal-ammont tal-allowance tal-maternità?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110.

2     ĠU 2006, L 204, p. 23.

3     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 330.

4     Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).