Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 - Armitage-Wilson vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-36/09)1

(Servizz pubbliku - Persunal ta' Europol - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Kuntratt għal perijodu indefinit - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Kate Armitage-Wilson (La Haye, il-Pajjizi Baxxi) [rappreżentant: W. J. Dammingh, avukat]

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) [rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas- 7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija rrifjuta li joffri kuntratt għal perijodu indefinit lil K. Armitage-Wilson hija annullata.

L-Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.09.