Language of document : ECLI:EU:F:2007:187

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

6 ta’ Novembru 2007

Kawża F-67/07 AJ

Carlos Arauzo Burillo

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Għajnuna legali”

Suġġett: Talba li permezz tagħha Arauzo Burillo jitlob li jingħata għajnuna legali skond l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fid-data li fiha ġiet ippreżentata t-talba, skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom, tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 333, p. 7).

Deċiżjoni: It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

Sommarju

Proċedura – Talba għal għajnuna legali bla ħlas – Kundizzjonijiet għall-għoti

(Regolital-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 94(3); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))