Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Lulju 2009 - De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/08)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sistema konġunta ta' assigurazzjoni kontra l-mard - Kopertura primarja tat-tfal dipendenti mis-sistema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-mard - Nuqqas ta' lment - Inammissibbiltà manifesta )
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, agents)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jkun jista' jibbenefika mill-assigurazzjoni primarja għal uliedu.
Dispożittiv tad-digriet
Ir-rikors ta' J. De Britto Patricio-Dias huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli
J. De Britto Patricio-Dias huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________