Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – ZN vs Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

(Kawża C-280/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZN

Konvenut: Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 , ikkunsidrat flimkien mal-premessa 3 tal-preambolu ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi regolament għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ tilwima bejn impjegat minn dan l-Istat u l-konsulat tal-istess Stat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali tilwima għandha tiġi deċiża skont ir-regoli nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni tal-Istat tan-nazzjonalità komuni għall-partijiet?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).