Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-56/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni li titniżżel b'żewġ gradi fl-istess grupp ta' funzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-6 ta' Lulju 2010 li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni li titniżżel b'żewġ gradi fl-istess grupp ta' funzjoni wara d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-16 ta' Novembru 2009 li tiftaħ proċedura dixxiplinari fil-konfront tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________