Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Novembru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Marda serja - Eċċezzjoni ta' illegalità tal-kriterji stabbiliti mill-kunsill mediku - Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad rimbors għal 100 % tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 220, 12.09.2009, p. 43.