Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Marzu 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana, Ir-Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-621/16 P) 1

(Appell – Sistema lingwistika – Kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Avviżi ta’ kompetizzjonijiet – Amministraturi (AD 5) – Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-protezzjoni tad-data – Konoxxenzi lingwistiċi – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 tal-kompetizzjonijiet għall-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża – Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) – Regolament Nru 1 – Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni – Interess tas-servizz – Stħarriġ ġudizzjarju)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Repubblika tal-Litwanja

Parti intervenjenti insostenn tal-appellata: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mir-Repubblika Taljana.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 46, 13.2.2017.