Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 – Loecker vs SEAE

(Kawża F-78/13) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-EEAS – Membru tal-persunal temporanju – Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz – Waqfien antiċipat tal-funzjonijiet ta’ kap ta’ delegazzjoni – Trasferiment lejn is-sede tal-EEAS – Drittijiet tad-difiża – Interess tas-servizz - Motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane de Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mid-delegazzjoni tal-Burundi għal post fis-sede tas-SEAE fi Brussell.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

S. de Loecker għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

____________

1 ĠU C 291, 5.10.2013, p. 17