Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Visser - Fornt Raya vs Europol
(Kawża F-35/09)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Teresa Visser - Fornt Raya (La Haye, L-Olanda) (rappreżentanti: P. de Casparis)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li informat lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrenti li huwa ma setax jipproponilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni, wara l-ilment tagħha, mogħtija fis-7 ta' Jannar 2009, li tgħid illi l-oġġezzjonijiet li r-rikorrenti qajmet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 kienu infondati;
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
____________