Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2009 - Noël vs Il-Kunsill

(Kawża F-31/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabelle Noël (Rosières-Saint-André, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal taħt prova safejn din id-deċiżjoni taffetwaha matul il-karriera AST 1-7.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2006 li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal safejn din taffetwaha matul il-karriera AST 1-7;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________