Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2009 - Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) u Trevor Jones (Ernzen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li l-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fil-Lussemburgu tinġieb f'livell ekwivalenti għal dak tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fi Brussell u, sussidjarjament, it-talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti maħruġa mill-15 ta' Ġunju 2008.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni impliċita li tirrifjuta li l-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fil-Lussemburgu tinġieb f'livell ekwivalenti għal dak tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fi Brussell;

sussidjarjament, jannulla d-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti maħruġa għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2008 'l hawn;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Kumunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________