Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2009 - Saracco vs BĊE
(Kawża F-66/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Roberta Saracco (Arona, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad lir-rikorrenti t-tiġdid ta' leave għal raġunijiet personali.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti leave għal raġunijiet personali mill-1 ta' Novembru 2008;
sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet ta' rifjut tar-reviżjoni u ta' ċaħda tal-ilment;
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.
____________