Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/17 – Wajos GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-783/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, Bevollmächtigter)
Parti oħra fil-proċedura: Wajos GmbH
Talbiet
L-appellanti jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza appellata;
tikkundanna lil Wajos GmbH għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont l-EUIPO, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 . Il-Qorti Ġenerali wettqet eżami żbaljat fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, ma eżaminatx l-imsemmija trade mark fid-dawl tal-kriterji rilevanti u barra minn hekk applikat kriterji ta’ eżami żbaljati.
Is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li ma tippermettix, la lir-rikorrent u lanqas lill-Qorti tal-Ġustizzja, li jifhmu r-raġunijiet li bihom il-Qorti Ġenerali tasal għall-konklużjoni, essenzjali għad-dispożittiv tas-sentenza, li l-forma tat-trade mark ikkontestata għandha “karattru eċċezzjonali, fid-dawl tal-użanzi fis-setturi konċernati”.
____________
1 Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).