Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ġunju 2010 - Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-48/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Z (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni dixxiplinari tat-twissija bil-miktub, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-danni morali.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta' Lulju 2009 li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrenti fil-forma ta' twissija bil-miktub;

skont il-bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta' Marzu 2010, irċevuta fil-15 ta' Marzu 2010, ta' ċaħda tal-ilment;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________