Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2010 - De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Thérèse De Roos-Le Large ('s Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: E. Lutjens u M. H. van Loon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-każwa

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-rikorrenti sabiex tħallas lura l-ammont żejjed tal-pensjoni tas-superstiti li rċeviet ommha li hija mejta.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, abbażi tal-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________