Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2010 - De Nicola vs BEI

(Kawża F-49/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni kkomunikata lir-rikorrent fil-11 ta' Mejju 2010 sa fejn hija, essenzjalment, tostakola t-tentattiv ta' ftehim bonarju tal-kawża billi tiċħad, b'mod impliċitu, it-talba għall-ħlas lura ta' spiża medikali li tirrigwarda terapija bil-laser, u l-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta' EUR 3 000, flimkien mal-interess u l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fuq is-somom irrikonoxxuti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata permezz ta' posta elettronika tal-11 ta' Mejju 2010;

tikkundanna lill-BEI iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta' EUR 3 000, għal terapija bil-laser imwettqa fl-2007, flimkien ma' kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-iżvalutazzjoni monetarja u interess fuq is-somom irrikonoxxuti;

tikundanna lill-BEI għall-ispejjeż.

____________