Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2010 - Merhzaoui vs Il-Kunsill

(Kawża F-52/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni, tat-12 ta' Mejju 2010, li tistabbilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni, tat-12 ta' Mejju 2010, li tistabbilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2009.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________