Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2010 - AD vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AD (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tad-dar.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-PMO li ttieħdet fit-13 ta' Novembru 2009 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tad-dar previst fl-Artikolu 1(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

għall-finijiet kollha, tannulla d-deċiżjoni tal-PMO li ttieħdet fid-9 ta' Settembru 2009 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tad-dar previst fl-Artikolu 1(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn din id-"deċiżjoni" tista' tiġi kkunsidrata li hija ta' dannu għalih;

sussidjarjament, fil-każ li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkunsidra li l-Artikolu l(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jawtorizza lill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg tirrifjuta lir-rikorrent l-allowance tad-dar peress li l-koppja ma tistax tiżżewweġ minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom prekluża mil-liġi nazzjonali tas-sieħeb tiegħu, ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-Artikolu 1(2)(ċ), iv tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn jirreferi għal-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri sabiex jevalwa l-possibbiltà ta' aċċess għaż-żwieġ u, konsegwentement, in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' din il-kundizzjoni fil-każ preżenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________