Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2010 - Kaser vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Kaser (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Schober, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-ewwel nett, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea CMS 07/046 li tneħħi lir-rikorrent mill-kariga tiegħu, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet ta' pensjoni, b'effett mill-15 ta' Awwissu 2009 u l-annullament tad-deċiżjonijiet kollha meħuda kontra r-rikorrent matul Settembru 2003 sakemm tneħħa mill-kariga u, it-tieni nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-Deċiżjoni CMS 07/046 minħabba fastidju, amministrazzjoni żbaljata u abbuż tad-dritt fundamentali għal smigħ;

jannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra kontra r-rikorrent matul il-perijodu bejn Settembru 2003 sakemm tneħħa mill-kariga tiegħu minħabba fastidju u amministrazzjoni żbaljata minħabba l-abbuż tad-dritt fundamentali tar-rikorrent għal smigħ;

jawtorizza s-smigħ tar-rikorrent skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u jirreferi għat-talbiet imressqa fi Frar 2008 u f'Marzu 2008;

jagħti kumpens simboliku ta' EUR 1 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu psikoloġiku u professjonali li huwa sofra kif espost fl-ilment preżenti, inkwantu l-għan ta' tali ilment mhuwiex li jingħataw flus iżda r-rikonoxximent tad-dinjità u r-reputazzjoni professjonali tar-rikorrent.

____________