Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Awwissu 2018 – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-519/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TB

Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domandi preliminari

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru, meta jawtorizza, abbażi ta’ dan l-artikolu, id-dħul ta’ membru tal-familja barra ċ-ċirku ddefinit fl-Artikolu 4 jista’ jkapplika biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(2) (“dipendenti fuq ir-refuġjat”) fir-rigward ta’ dan il-membru tal-familja?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-kwalità ta’ persuna “dipendenti” (“dependency”) prevista fl-Artikolu 4(2)(a) tad-direttiva timplika sitwazzjoni fattwali li fiha għandhom iseħħu, b’mod konġunt, it-tipi differenti ta’ dipendenza, jew l-eżistenza fiha innifisha ta’ kwalunkwe tip ta’ dipendenza, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, hija suffiċjenti sabiex ikun hemm il-klassifikazzjoni ta’ persuna dipendenti? F’dan ir-rigward, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(2) (“dipendenti fuq ir-refuġjat”) hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, billi teskludi kwalunkwe evalwazzjoni individwali, hija bbażata fuq punt wieħed ta’ fatt (il-karatteristika marbuta mad-dipendenza, “inkapaċità li jipprovdi għall-ħtiġijiet tiegħu stess minħabba l-istat ta’ saħħtu”) bħala l-unika waħda li tista’ tissodisfa din il-kundizzjoni?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda ma tkunx fl-affermattiv, u li, għaldaqstant, Stat Membru jista’ japplika kundizzjonijiet oħra apparti dik stabbilita fl-Artikolu 10(2) (li jkun “dipendenti fuq ir-refuġjat”), dan jimplika li l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jimponi kwalunkwe kundizzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3), relatati mal-grupp ta’ membri oħra tal-familja, jew inkella jista’ japplika biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva? F’dan il-każ, liema sitwazzjoni fattwali jimplika l-kunċett ta’ “objectively unable to provide for their own needs on account of their state of healthˮ previst fl-Artikolu 4(3)? Għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li l-membru tal-familja ma jistax [jipprovdi] “għall-ħtiġijiet [tiegħu] stess” jew fis-sens li huwa “inkapaċi” jieħu ħsieb “tiegħu nnifsu”, jew jekk ikun il-każ f’sens ieħor?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p.  224)