Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Jannar 2019 – CV vs Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo

(Kawża C-37/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CV

Konvenuta: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 1 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, anki meqjusa separatament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet u/jew prattiki nazzjonali li fuq il-bażi tagħhom, fil-każ ta’ tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, id-dritt għall-ħlas ta’ kumpens pekunjarju għal-leave annwali miksub u li ma tteħidx (u għal arranġament ġuridiku bħall-imsejħa “Festività soppresse” [vaganzi mħassra], simili min-natura u l-funzjoni tiegħu għal-leave annwali) ma huwiex irrikonoxxut, f’kuntest fejn il-ħaddiem ma setax jinvokah, qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, minħabba fatt illegali (tkeċċija kkonstatata illegali b’mod definittiv mill-qorti nazzjonali b’deċiżjoni li tordna l-istabbiliment mill-ġdid retroattiv tar-relazzjoni ta’ xogħol) imputabbli lill-persuna li timpjega, fil-limitu tal-perijodu dekorribbli bejn l-aġir ta’ din tal-aħħar u r-reintegrazzjoni sussegwenti?

____________

1     Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).