Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, Lecce) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet ta' ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent għar-rimbors ta' 100 % ta' xi spejjeż mediċi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tas-17 ta' Marzu 2009;

jannulla, quatenus opus est, in-nota tad-9 ta' Ġunju 2009;

jannulla, quatenus opus est, id-deċiżjoni ta' ċaħda, indipendentement mill-forma tagħha, tal-ilment tal-15 ta' Settembru 2009, li tressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni taċ-ċaħda tat-talba tas-17 ta' Marzu 2009;

jannulla, quatenus opus est, in-nota tat-22 ta' Settembru 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-attur id-differenza bejn kemm dan nefaq fi spejjeż mediċi sostnuti minnu bejn l-l ta' Diċembru 2000 u s-17 ta' Marzu 2009 inklużi, u li fir-rigward tagħhom kien hemm serje ta' talbiet għal rimbors fil-perijodu ta' żmien bejn l-1 ta' Diċembru 2000 u s-17 ta' Marzu 2009, u kemm s'issa ġie rimborsat lura lilu mill-iskema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-mard, jiġifieri kemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq f'dan ir-rigward, flimkien mal-interessi fuq id-differenza msemmija, jiġifieri fuq kemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq, mill-ewwel jum tal-ħames xahar sussegwenti għall-mument li fih id-destinatarju tat-talba tas-17 ta' Marzu 2009 ġie nnotifikat, b'rata ta' 10 % fis-sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, jiġifieri, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż.

____________