Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Mejju 2020 – VA vs Il-Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur reġjonali ta’ Ruse, il-Bulgarija

(Kawża C-206/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VA

Konvenut: Il-Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur reġjonali ta’ Ruse, il-Bulgarija

Domanda preliminari

Meta tintalab l-estradizzjoni ta’ persuna mfittxija għall-finijiet tal-prosekuzzjoni tagħha, u meta d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali u d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunu t-tnejn li huma ttieħdu minn prosekutur pubbliku, mingħajr ebda involviment ta’ qorti qabel l-estradizzjoni, persuna mfittxija tgawdi mil-livell doppju ta’ protezzjoni stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2016, Bob-Dogi (C-241/15, EU:C:2016:385) jekk:

l-effett tal-mandat ta’ arrest nazzjonali ikun limitat għad-detenzjoni tal-individwu għal massimu ta’ 72 siegħa għall-finijiet tad-dehra tiegħu quddiem qorti; u

meta ssir l-estradizzjoni, hija biss il-qorti li għandha tiddeċiedi l-ħelsien jew iż-żamma taħt detenzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ?

____________