Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - Adriaansen vs BEI

(Kawża F-35/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mary Lucie Adriaansen (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A.-M. Schmit, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew għall-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BEI li tirrifjuta li tipprovdi lir-rikorrenti informazzjoni dwar l-ammont tal-pensjoni tal-ex konjuġi tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tat-18 ta' Marzu 2010;

tikkundanna l-BEI għall-ispjjeż;

tordna l-eżekuzzjoni provviżorja tas-sentenza mogħtija, minkejja kull appell u mingħajr garanzija;

tirriżerva lir-rikorrenti kull drittijiet, dovuti, mezzi u azzjonijiet oħra kollha.

____________