Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2020 – XY vs Hauptzollamt B

(Kawża C-100/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XY

Konvenut: Hauptzollamt B

Domanda preliminari

Mad-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq l-elettriku stabbilita b’mod żbaljat għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni, jiżdiedu l-interessi, meta l-iffissar ta’ taxxa fuq l-elettriku iktar baxxa kien ibbażat fuq it-tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv previst fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku 1 u meta l-iffissar ta’ taxxa għolja wisq sar biss minħabba żball imwettaq fl-applikazzjoni fil-każ inkwistjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali adottata għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) ta’ din id-direttiva?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.