Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ústavný súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-14 ta’ Mejju 2019 – Prezident Slovenskej republiki

(Kawża C-378/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Ústavný súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prezident Slovenskej republiki

Domandi preliminari

L-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2009/72/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE jista’ jiġi interpretat, b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa 33 tiegħu, fis-sens li jipprekludi li fi Stat Membru, fil-kuntest tal-emenda tal-miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, titħassar is-setgħa tal-President tar-Repubblika, elett direttament miċ-ċittadini, li jaħtar u li jirrevoka l-President tal-awtorità regolatorja, u li din is-setgħa tingħata pjuttost lill-gvern, trasferiment li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni legali eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva?

L-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE jista’ jiġi interpretat, b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa 34 tiegħu, fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bl-għan li tiggarantixxi l-protezzjoni tal-interess pubbliku, tawtorizza lill-ministeri sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ta’ regolamentazzjoni tariffarja quddiem l-awtorità regolatorja?

____________

1 ĠU 2009, L 211, p. 55.