Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Mejju 2019 – PN, QO, RP, SQ, TR vs Centre public d’action sociale d’Anderlecht (CPAS)

(Kawża C-394/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PN, QO, RP, SQ, TR

Konvenut: Centre public d’action sociale d’Anderlecht (CPAS)

Domanda preliminari

Il-prinċipju tal-effettività sħiħa tar-regoli Komunitarji u tal-protezzjoni tagħhom hekk kif iddefinit fis-sentenzi Francovich u Brasserie du pêcheur, u bid-Direttiva 2004/38/KE 1 , għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu obbligu fuq l-Istat Membru, fis-sitwazzjoni fejn id-dritt ta’ residenza ta’ individwu barrani jiġi miċħud mingħajr eżami minn qabel ta’ proporzjonalità, minħabba traspożizzjoni żbaljata fid-dritt intern, li jieħu r-responsabbiltà, fil-kuntest tas-sistema ta’ għajnuna soċjali tiegħu, għall-bżonnijiet elementari minbarra dawk mediċi tar-rikorrent sakemm tittieħed deċiżjoni dwar id-dritt ta’ residenza tiegħu fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni ?

____________

1     Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).